Sitt sewwieqa tal-Formula 1 wieħed u sewwieqa oħra tal-motorsport fi tmiem din il-ġimgħa se jkunu qegħdin jieħdu sehem f’tellieqa virtwali, kompetizzjoni li hi differenti minn dik li kienet qegħda ssir. L-għan ta’ din it-tellieqa se jkun li jinġabru fondi għal fond li ħolqot l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa biex jinġabru fondi għall-ġlieda kontra l-pandemija tal-coronavirus.
Charles Leclerc ta’ Ferrari huwa wieħed mis-sewwieqa li se jkunu qed jieħdu sehem. Hu għen ukoll biex jinħoloq dan il-fond. L-organizzaturi ta’ din it-tellieqa, msemmija bħala ‘Tellieqa għad-Dinja’ jittamaw li jiġbru iktar minn €90,000 biex titkompla l-ġlieda kontra l-firxa u l-effetti tal-pandemija tal-coronavirus. Dan l-avveniment se jsir fuq tliet serati, bl-ewwel waħda tkun illejla fis-7 ta’ filgħaxija. It-tlielaq l-oħra se jsiru nhar it-Tlieta u l-Ġimgħa, bl-avvenimenti kollha se jkunu mxandra online.
//= $special ?>