Il-kowċ ta’ Gimnasia La Plata, Diego Maradona qal li fid-dawl tal-kriżi ekonomika li qed tħalli l-coronavirus, jippreferi li jkollu tnaqqis fil-paga tiegħu milli titnaqqas il-paga tal-plejers li fi kliem huma dipendenti mis-salarji tagħhom biex jgħixu.
Meta l-kriżi tal-coronavirus prattikament laqtet kull rokna tad-dinja u l-effetti ekonomiċi diġa qegħdin jinħassu hekk ukoll qiegħed jiġri fl-Arġentina. Maradona temm li hu jittama li jibqa’ bħala kowċ ta’ dan il-klabb li hu tant iħobb. L-Arġentin ta’ 59 sena hu meqjus minn bosta bħala wieħed mill-aqwa plejers li qatt ra l-futbol. Hu jibqa’ mfakkar għall-karriera li kellu ma’ Napoli fis-Serie A fejn għenhom jirbħu l-ewwel kampjonat fl-istorja tagħhom. Wara li ritira mill-futbol hu beda jikkowċja u bejn l-2008 u l-2010 kien il-kowċ ta’ pajjiżu.
//= $special ?>