Lokali

Persuna jitlef ħajtu b’attakk tal-qalb waqt li kien qed jaqsam it-triq

Kmieni dalgħodu sfortunatament tilef ħajtu anzjan li sofra minn attakk tal-qalb waqt li kien qed jaqsam minn Triq Sant Antnin, Marsaskala.

Jidher li fil-ħin tal-inċident il-persuna kien għadu kemm xtara xi ikel u mar biex jaqsam it-triq meta ħass uġigħ f’qalbu u waqa’ mal-art.

Sfortunatament ir-raġel tilef ħajtu fuq il-post minkejja s-sejħa ta’ ambulanza u tobba fil-ħin tal-inċident.

Bħalissa t-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.

Iktar dettalji fil-ħin li ġej.