Minkejja li l-Maltin qegħdin fi djarhom josservaw il-pariri tal-awtoritajiet tas-Saħħa, dan mhux qed iżomm lill-Ġirbin milli jżommu t-tradizzjoni tal-‘Beggiga’ ħajja.
Kif jixhed dan il-filmat, in-nies tal-Birgu ħarġu bi ħġarhom fil-gallariji jagħmlu l-istorbji biex jilqgħu l-Għid il-Kbir, b’oħrajn jagħżlu li joħorġu bil-karozza jpaqpqu l-ħornijiet.
Il-famuża katuba, marbuta intrinsikament mal-għeruq tat-tradizzjoni, ħarġet xorta waħda ddoqq fit-toroq minn fuq vann fuq quddiem.
//= $special ?>