It-tim tal-Premier League, Sheffield United ħabbru li se jkunu qed jisfurzaw uħud mill-ħaddiema tagħhom biex jieħdu l-leave filwaqt li kkonfermaw li l-ħaddiema kollha se jibqgħu jitħallsu. Il-klabb għadu ma ddeċidiex jekk japplikax għall-iskema tal-Gvern Ingliż. Sheffield ikkonfermaw dan fuq is-sit tagħhom fejn qalu li se jkunu qed jisfurzaw dawk l-ħaddiema li ma jistgħux jaħdmu bħalissa biex jieħdu l-leave.
L-istqarrija temmet bil-klabb jirringrazzja lill-ħaddiema kollha li jinsabu fuq quddiem ta’ din il-pandemija. S’issa hemm erba’ timijiet oħra mill-Premier League li flimkien ma’ Sheffield United sfurzaw lill-ħaddiema tagħhom jieħdu l-leave.
//= $special ?>