Lokali

Soru Maltija f’Michigan pożittiva għall-COVID-19; għandha bżonn it-talb

Soru Maltija, Carmel Chetcuti li tgħix f’Michigan tinsab mitlufa minn sensija wara li nstab pożittiva għall-COVID-19. Hi tinsab ‘il bogħod mill-qraba kollha tagħha f’dan iż-żmien diffiċli.

Il-kuġina tagħha, Lillian Chetcuti Riolo appellat fuq Facebook biex wieħed iżomm lis-soru fit-talb tiegħu.

Jidher li fl-aħħar ġimgħat is-soru kienet iddur lil nies fi bżonn biex twaslilhom ix-xirjiet.

Minkejja li tinsab mitlufa minn sensija, infermiera li qiegħda tassistiha qalet lil qraba tagħha li xorta waħda qed tisma’ dak li jingħaqad. B’hekk, il-qraba talbu biex jaslilha l-messaġġ li jħobbuha u li d-dinja kollha qed jitolbu għaliha.