Kmieni dalgħodu, mal-100 immigrant daħlu fil-port ta’ Pozzallo abbord dgħajsa żgħira. Huma niżlu fi Sqallija, fejn mal-ewwel żammewhom il-forzi tal-ordni Taljani.
Jidher li dan il-każ qajjem polemika ġdid fl-Italja.
Bħalissa hemm diversi dgħajjes bl-immigranti li f’temp kalm qed jittantaw jaqsmu lejn l-Ewropa. Uħud minn dawn id-dgħajjes bl-immigranti jinsabu viċi ta’ Malta.
Illum ukoll ħarġu aħbarijiet xejn sbieħ dwar immigranti li possibilment mietu b’mod traġiku wara li d-dinghies li kienu fuqhom inqalbu.
//= $special ?>