Lokali

COVID-19: 8 każi ġodda għal total ta’ 378 persuna

Ilbieraħ saru 1,041 test u minnhom ħarġu 8 każi ġodda ta’ covid-19 f’Malta.

Raġel Malti ta’ 61 li kien qiegħed l-Ingilterra u rritorna lura Malta, Mara Maltija ta’ 58, Raġel Malti ta’ 37 sena, Mara Maltija ta’ 50 sena, Raġel Malti ta’ 73 sena, Għawdxi ta’ 74 sena, 2 każijiet ta’ immigranti – wieħed ta’ 25 sena u ieħor ta’ 21 sena.

F’Ħal Far saru 23 test permezz ta’ random testing.

Aktar kmieni, pemezz ta’ post fuq twitter id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-saħħa Chris Fearne ħabbar li 28 persuna oħra f’Malta fiequ mill-Covid-19. It-total ta’ dawk li fiequ f’Malta issa jitla’ għal 44.