Coronavirus Lokali

FILMAT: Fuq YouTube, Bocelli b’kunċert mimli “Mużika għat-Tama”

“Mużika għat-Tama” (“Music for Hope” hu l-kunċert li t-tenur ta’ fama internazzjonali Andrea Bocelli għamel fid-Duomo ta’ Milan, b’appoġġ lir-residenti milquta mill-Coronavirus u l-qraba tagħhom.

Fi skiet taqtgħu b’sikkina fil-Katidral vojt, il-vuċi tat-tenur dewa bl-aqwa siltiet tiegħu, akkumpanjat mill-Maestro Emanuele Vianelli, li hu l-organista ewlieni tad-Duomo.

Il-kunċert kien aċċessibbli għal kulħadd madwar id-dinja, tant li xxandar fuq YouTube. Għal ħafna, dan il-kunċert kien meqjus bħala talba waħda, kollettiva, biex kulħadd iħossu anqas waħdu għalkemm kulħadd f’daru.

Fost l-oħrajn, spikkaw il-kanzunetti u l-innijiet “Panis Angelicus”, “Ave Maria” u “Sancta Maria”, flimkien ma’ “Domine Deus” u “Amazing Grace”.