Knisja Lokali

Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-Għid il-Kbir

Il-Knisja Kattolika llum tiċċelebra l-akbar festa tagħha, dik tal-Għid il-Kbir, li tfakkar il-qawmien mill-imwiet ta’ Sidna Ġesù Kristu. Dan il-jum huwa assoċjat mal-purċissjonijiet ta’ Kristu Rxoxt madwar il-gżejjer Maltin li jiġbdu l-eluf għalihom.

Iżda għal din is-sena, dawn ma jistgħux jinżammu fuq parir tal-awtoritajiet tas-saħħa minħabba l-pandemija tal-COVID-19 biex b’hekk, il-Maltin ikollhom jiċċelebraw dan iż-żmien qaddis fi djarhom

NET Television, dalgħodu se jxandar il-quddiesa tal-Għid il-Kbir tal-Mulej, iċċelebrata mill-Arċisqof Charles Scicluna, fid-9.30am mill-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa fil-Kurja Arċiveskovili.

Wara jsegwi l-programm Bieb u Għatba tal-Għid il-Kbir li għadda mir-Rabat fejn ixxandret il-Purċissjoni ta’ Kristu Rxoxt li toħroġ mill-Kolleġġjata ta’ San Pawl ir-Rabat. Ix-xandiriet speċjali jissuktaw f’12pm, b’xandira diretta mill-Pjazza tal-Vatikan tal-barka Urbi et Orbi tal-Papa Franġisku.

Tags