Hekk kif il-Knisja Kattolika qed tiċċelebra l-Għid il-Kbir…. diversi Pulizija ħarġu b’inizjattiva ferm sabiħa.
Matul il-ġurnata tal-Ħadd, huma se jkunu qed iduru diversi Djar tal-Anzjani madwar Malta sabiex jallegraw lill-anzjani permezz tal-mużika.
Dalgħodu l-anzjani li joqogħdu f’Dar San Ġużepp il-Fgura qamu b’sorpriża ħelwa. Dan huwa l-poplu Malti li f’mumenti mhux daqshekk sbieħ joffri xaqq ta’ dawl u tama!
L-istess atmosfera quddiem id-Dar tal-Anzjani f’Bormla.
Inizjattiva oħra miIl-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan fejn dalgħodu sar ringrazzjament ferm mistħoqq lil dawk kollha li jinsabu fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-COVID-19.


