Rapporti fil-media Taljana qed jgħidu li l-kampjonat Taljan tas-Serie A jista’ jagħmel sal-Milied mingħajr spettaturi. Bħalissa fost l-affarijiet fuq l-aġenda tal-Gvern Taljan, hemm it-tkomplija tal-avvenimenti sportivi fosthom is-Serie A. Digriet tal-Gvern qed jitkellem dwar ċans li l-kampjonat jitkompla fi żmien xahar u nofs. Minħabba li l-pandemija tal-coronavirus għadha fl-aqwa tagħha fl-Italja, hu diffiċli li wieħed jitkellem dwar ir-ritorn tal-logħbiet.
L-idea tal-Lega Serie A hi li l-logħbiet jintlagħbu fi stadium newtrali iżda bil-bibien magħluqa sal-aħħar tas-sena, l-istess bħal dak li ġara qabel il-waqfa tal-kampjonat. Jekk dan il-ħsieb jimmaterjalizza, il-klabbs se jkollhom tnaqqis sostanzjali fid-dħul tagħhom minħabba l-bejgħ tal-biljetti u l-abbonamenti ta’ kull staġun. Jekk bħala eżempju jittieħdu l-logħbiet li fadal minn dan l-istaġun, dawn il-konfronti bil-bibien magħluqa jwasslu għal telf bejn il-€75 u d-€95 miljun. Ma’ dawn jiżdiedu l-logħbiet tal-istaġun li ġej sal-aħħar tas-sena.
//= $special ?>