Coronavirus Internazzjonali

L-imwiet fl-Istati Uniti jaqbżu lil tal-Italja

L-Istati Uniti qabeż lill-Italja hekk kif issa dan il-pajjiż fl-Amerka ta’ Fuq għandu l-aktar imwiet b’kawża tal-Covid-19.

L-aħħar informazzjoni, miġbura mill-Università Johns Hopkins, turi li aktar minn 20,000 persuna mietu bil-Coronavirus fl-Istati Uniti.

L-Istati Uniti sar ukoll l-ewwel nazzjon li rreġistra aktar minn 2,000 mewta f’ġurnata waħda, b’kaġun ta’ dan il-virus.

Aħbar li forsi tista’ tidher pożittiva wara dawn in-numri hija li l-gvernatur ta’ New York Andrew Cuomo qal li r-rata ta’ mewt fl-Istat tiegħu qed tidher li qed tistabbilizza.