Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen qalet li hemm possibbiltà li l-anzjani jkollhom jibqgħu iżolati ġewwa darhom sal-aħħar tas-sena. Dan sabiex jevitaw kwalunkwe riskju li jieħdu l-coronavirus.
“Naf li huwa żmien diffiċli… l-iżolament huwa piż iżda ninsabu fi kwistjoni ta’ ħajja jew mewt. Irridu nkunu dixxiplinati u nibqgħu kalmi u paċenzjużi”. von der Leyen enfasizzat dan kollu bit-tama li laboratorju Ewropew ikun jista’ jiżviluppa vaċċin għall-Covid-19 sal-aħħar tal-2020.