Lokali

Sit-in strike minn żewġ żgħażagħ għax il-Gvern qed iħalli lin-nies imutu f’nofs ta’ baħar

Iż-żagħżugħ Xandru Cassar beda sit-in strike quddiem il-Berġa ta’ Kastilja b’appell lill-Gvern biex ma jħallix immigranti jmutu f’nofs il-Mediterran.

Akkumpanjat miż-żagħżguħa Lara Mohnani, Cassar qed jgħid li n-nies m’għandhomx jitħallew imutu, partikolarment illum li hu l-Għid il-Kbir, iżda lanqas fi kwalunkwe ġurnata oħra.

Mal-media, iż-żagħżugħ qal li mhux aċċettabbli li l-Gvern qabad u għalaq il-portijiet minkejja li kien jaf li se jkollu persuni li se jkollhom bżonn ħidma ta’ salvataġġ. Dan mhux aċċettabbli.

Min-naħa tagħa, Lara qal li qed jipprotestaw għax ma jistax ikun li rġiel, nisa u tfal qed jitħallew f’nofs ta’ baħar meta “aħna qed nimlew ħalqna bil-figolli”. Tal-istess opinjoni hi l-organizzazzjoni internazzjonali non-governattiva Alarm Phone, li qalet li l-Gvern Ewropej li qed iħarsu mingħajr ma jsalvaw huma responsabbli ta’ dawn l-imwiet.