Iċ-Ċina ħabbret 97 każ ġdid impurtat ta’ coronavirus… l-ogħla numru mill-bidu ta’ Marzu. Il-Ministru tas-Saħħa Ċiniż ħabbar li apparti dawn is-97 każ, kien hemm 2 każijiet oħra ta’ trazmissjoni lokali.
L-awtoritajiet tas-Saħħa fiċ-Ċina jinsabu inkwetati minn dik li tidher bħala mewġa ġdida tal-Covid-19. Dan minkejja li il-fruntieri baqgħu magħluqa kważi għall-barranin kollha. Madankollu, il-problema tibqa’ li hemm Ċiniżi li qed jirritornaw lura lejn pajjiżhom.
//= $special ?>