Coronavirus Internazzjonali Lokali Saħħa

“Virus li sewa l-ħajja ta’ eluf ta’ Taljani” – Antonio Tajani

“Fiċ-ċirkustanzi staordinarji li qed ngħixu fihom minħabba l-coronavirus, din il-festa tal-Għid qed tiġi ċċelebrata ferm differenti mis-soltu.”

Kliem l-eks President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani f’messaġġ li għadda lit-telespettaturi ta’ Net Television u lill-poplu Malti u Ghawdxi kollu.

Antonio Tajani jirrakkonta kif il-poplu Taljan safa mweġġa’ minħabba dan il-virus qerriedi… virus li sewa l-ħajjiet ta’ eluf ta’ Taljani. Hu appella lin-nies biex jibqgħu ġewwa u joħorġu biss għall-bżonn.

Fi kliem Tajani stess, dan il-virus huwa għadu perikoluż ferm li ma jistax jittieħed qisu xejn mhu xejn. Għalhekk huwa importanti ferm li kulħadd isegwi l-appelli tal-awtoritajiet tas-saħħa.