Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia llum kiteb lill-President tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) Donald Tusk biex is-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni irregolari titpoġġa fl-aġenda tad-diskussjoni tas-summit urġenti li Dr Delia kien talab li jsir b’video conference fil-korrispondenza ma’ Donald Tusk tat-2 ta’ April li għadda.
Dan ukoll fid-dawl tal-kuntest tal-ħidma Ewropea preżenti bl-imxija tal-COVID 19 u l-pressjoni li l-immigrazzjoni irregolari se tpoġġi fuq il-pajjiżi Ewropej b’mod speċjali fuq Malta, sitwazzjoni li tista’ tiddeġenera fi kriżi umanitarja. Adrian Delia qal li jeħtieġ mekkaniżmu effettiv ta’ solidarjetà, mhux bi kliem biss, li jkun infurzabbli u li jindirizza l-immigrazzjoni rregolari skont il-valuri Ewropej li jiddistingwuna.
//= $special ?>