Lokali

Anzjan isofri feriti gravi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħaż-Żabbar

Anzjan ta’ 65 sena minn Ħaż-Żabbar sofra feriti gravi wara li ntlaqat minn vettura fi Triq il-Kappuċċini, f’Ħaż-Żabbar stess.

Fl-inċident, li seħħ illum għall-ħabta tad-9am, l-anzjan intlaqat mill-vettura tat-tip Nissan, misjuqa minn raġel ta’ 43 sena ukoll minn Ħaż-Żabbar.

Minbarra l-Pulizija, fil-post wasal tim mediku, li ta l-ewwel għajnuna lill-vittma, li aktar tard ittieħed l-Isptar Mater Dei. Hemm, hu kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.

Aktar investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.