Internazzjonali

Coronavirus….667 mewta oħra fl-Ingilterra

L-Ingilterra reġistrat 667 mewta ġdida fost in-nies li ttestjaw pożittiv għall-coronavirus f’artha.

Kelliema għan-National Health Service tal-Ingilterra, qalu, intant, li dawn l-imwiet tellgħu għal 10,261 in-numru tal-vittmi mill-virus fl-isptarijiet ta’ dan il-pajjiż.

Minn din iċ-ċifra, 118 fost l-imwiet il-ġodda seħħew fit-12 ta’ April, bil-kumplament tal-vittmi jseħħu bejn l-Ewwel u l-11 ta’ April.

Sadanittant, total ta’ 575 pazjent mietu fl-Iskozja wara li ttestjaw pożittiv għall-coronavirus (’il fuq b’disgħa mill-566 irrappurtati nhar il-Ħadd fil-pajjiż).

F’Wales kien hemm 15-il mewta oħra fost il-persuni li ttestjaw pożittiv għall-Covid-19 – bl-aħħar informazzjoni qed turi li n-numru tal-imwiet f’dan il-pajjiż telgħu għal 384.

Fl-Irlanda ta’ Fuq mietu sitt persuni oħra wara li ttestjaw pożittiv għall-virus, bit-total tal-vittmi hemmhekk jitla’ għal 124.