L-aħħar statistika uffiċjali mill-Belġju kkonfermat li ċ-ċifra tal-mewt (skont ir-rata għal kull ġurnata) mill-coronavirus qabżet bi 303 oħra għal matul il-jum tat-Tnejn. B’hekk it-total tal-vittmi reġistrat fil-Belġju tela’ għal 3,903.
Intant, jista’ ikun ukoll sinifikanti li l-aħħar aġġornament tal-vittmi fil-Belġju jinkludi imwiet fi djar għall-anzjani u persuni vulnerabbli u fejn il-vittmi setgħu spiċċaw infettati minn persuni li jistgħu qegħdin iġorru l-virus u li baqgħu ma għaddewx mit-testijiet relevanti.
Minkejja li l-ammont tal-vittmi jista’ qed jidher żgħir meta mqabbel ma’ ta’ pajjiżi Ewropej oħra, il-popolazzjoni tal-Belġju tammonta biss għal 11.5 miljuni.
Il-Ġermanja għandha popolazzjoni ta’ xi 93 miljuni u rreġistrat total ta’ 3,000 mewta mill-coronavirus – b’dan ifisser li, fuq mudell proporzjonali, iċ-ċifra tal-imwiet fil-Belġju hi eqreb dawk fi Spanja u l-Italja, fuq bażi ta’ per capita.
Fil-Belġju kienu konfermati ‘il fuq minn 30,000 każ tal-Covid-19 mill-bidu tal-epidemija ‘il hawn.
//= $special ?>