L-eks plejer ta’ Sampdoria u Juventus Gianluca Vialli kkonferma li fieq mill-marda tal-kanċer fil-firxa wara battalja ta’ kważi sena u nofs. Fl-2018, Vialli kien ħabbar li fieq iżda s-sena l-oħra, reġa’ kien żvela li qed jerġa’ jissielet il-marda. Vialli li għandu 55 sena, qal li l-aħħar testijiet urew li m’hemmx sinjali tal-marda wara żewġ ċikli ta’ kimoterapija.
Fil-preżent, Vialli jinsab Kap tad-Delegazzjoni fit-tim nazzjonali Taljan immexxi minn Roberto Mancini. Vialli kien wieħed mill-aqwa plejers Taljani fi żmienu b’karriera ta’ kważi 19-il sena ma’ Cremonese, Sampdoria, Juventus u Chelsea. Fil-karriera tiegħu hu rebaħ fosthom is-Serie A ma’ Sampdoria u Juventus kif ukoll il-UEFA Champions League. Mat-tim nazzjonali Taljan, Vialli lagħab 59 logħba u skorja 16-il gowl.
Fi Frar tal-1998, Vialli sar l-ewwel Taljan li mexxa tim fil-Premier League. Hu kien inħatar plejer/kowċ ma’ Chelsea wara li tkeċċa Ruud Gullit. F’dak l-istaġun, Vialli għen lil Chelsea jirbħu l-League Cup u t-Tazzi tat-Tazzi, flimkien mas-Super Cup Ewropea. Hu rtira mill-futbol milgħub f’Mejju tal-1999 u mexxa wkoll lil Chelsea għar-rebħ tal-FA Cup u l-Community Shield fl-2000. Hu tkeċċa ħames logħbiet wara li beda l-istaġun il-ġdid u fl-istaġun 2001/02 mexxa wkoll lil Watford.
//= $special ?>