Lokali

Il-ħaddiema li jaqgħu taħt Alfred Grixti jiddiżassoċjaw ruħhom minn kliemu

Il-Bord tad-Diretturi tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Benesseri Soċjali, l-FSWS, permezz ta’ sqarrija maħruġa ftit tal-ħin ilu iddisassoċja ruħu mill-kumment li għamel il-kap eżekuttiv tagħha fuq Facebook fil-kapaċità personali tiegħu li, skont l-istess stqarrija, b’xi mod seta’ ta impressjoni differenti tal-valuri li jitħaddnu fil-Fondazzjoni.

Il-Bord irriafferma l-impenn tiegħu u tal-management kollu sabiex jaħdmu b’risq id-dinjità umana mingħajr favuri jew diskriminazzjoni.

Dan, tkompli l-istqarrija, dejjem sar u ser jibqa’ jsir permezz ta’ l-impenn professjonali u ġenwin tal-ħaddiema kollha tal-Fondazzjoni.

Din l-istqarrija tasal wara li s-CEO tal-Fondazzjoni, Alfred Grixit, l-ġimgħa li għaddiet issuġġerixxa li jiġu mgħarrqa l-vapuri li lġorru l-immigranti.

Parti mill-Mission Statement tal-FSWS huwa li jrawwem membri tas-soċjetà li jagħtu valur lill-ħajja bħala riżorsa.