Il-Forum Unions Maltin qed tappella lill-Prim Ministru Robert Abela biex jintervjeni fil-kwistjoni li għaddejja bħalissa bejn il-linja tal-ajru nazzjonali l-Air Malta u l-Union tal-Cabin Crew.
Colin Galea, Segretarju Ġenerali tal-Forum fi stqarrija għall-istampa qal li qed tiġi nnutata s-sitwazzjoni kif qed tizvilluppa fl-Air Malta fil-konfront tal-impjegati tal-Cabin Crew. Il-For.U.M. saħaq li jemmen bis-sħiħ li dan mhux il-mument li l-Air Malta toqgħod tilgħab bl-impjieg ta’ dawn il-ħaddiema.
L-istqarrija tgħid li issa li l-Union tal-Cabin Crew aċċettaw mingħajr riserva t-talbiet li għamlet il-kumpanija, l-Air Malta għandha tkun responsabbli u timplimenta l-kundizzjonijiet li qalgħet li se tadotta jekk il-Union taċċetta t-talbiet tagħha b’ effett mis-7 ta’ April 2020.
Il-For.U.M. tappella lil Prim Ministru sabiex jintervjeni f’ din il-materja biex jigu salvagwardjati mijjiet ta’ mpjiegi. F’ dan il-mument hekk diffiċli ghal dawn l-impjegati, il-For.U.M. jappella għas-sens komun kif sar bl-istess mod mas-settur privat.
Il-For.U.M. qalet li hija disposta li sservi ta’ medjatur sabiex tinstab soluzzjoni fil-kwistjonijiet pendenti li għad baqa’ f’ din il-kumpanija u l-impjegati tagħha għall-ġid ta’ kulħadd.
//= $special ?>