Lokali

Il-kumment tal-preżentatur Laburista Manuel Micallef joħloq rabja kbira

Iniżżel il-post wara li qala' ħafna kummenti negattivi

“F’emerġenza tagħżel li tati ventilatur lil membru tal-familja jew lil immigrant?” Hekk staqsa f’post fuq Facebook missier id-Deputat Laburista Jean Claude Micallef.

Ftit wara li tella kumment fejn jistaqsi x’għażla jagħmel wieħed jekk ikollu din id-dilemma quddiema, Manuel Micallef neħħa l-post li ġġenera ftit kummenti mhux ħażin, tista tgħid kollha negattivi.

Micallef pinġa sitwazzjoni fejn fadal ventilatur wieħed, u staqsa jekk wieħed jagħżilx li jtih lil anzjan qarib tiegħu jew lil immigrant Afrikan ta’ 21 sena.

Fi kliem l-istess Micallef, persuni li kkuntattjawh qalulu li dan kien qed jitqies bħala kumment razzist u ma niżel tajjeb xejn ma’ ħafna.

Manuel Micallef qal li l-post ried juri biss x’deċizjonijiet iebsa kien qed ikollu jieħu l-Prim Ministru u stqarr li kien qed jitlob għalih.