Biex imorru jispezzjonaw proġett u juru lill-poplu Malti li x-xogħol ta’ infrastruttura għadu għaddej normali, minkejja l-pandemija li ninsabu fiha, il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-Ministru Ian Borg ħadu magħhom ġemgħa nies fiz-zona tal-proġett tal-mini ta’ Santa Luċija.
Flimkien mas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għat-Trasport Christopher Cutajar, il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta Fredrick Azzopardi, u l-periti ta’ din l-aġenzija – huma żaru lill-ħaddiema fuq il-lant tax-xogħol.
Għaldarb’oħra, minkejja l-mument delikat li l-pajjiż għaddej minnu – b’inċertezzi finanzjarji, inċertezzi fuq il-post tax-xogħol, u biża’ dwar is-saħħa tagħna – il-Prim Ministru reġa’ ħarab mill-ġurnalisti.
Ta’ min jinnota li l-aħħar tlett intervisti tiegħu mal-midja kienu fuq il-midja tal-Partit Laburista.
Dan filwaqt li l-Ministru Ian Borg saħaq li fid-dawl tal-Covid-19 qed jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa għall-ħaddiema, minkejja li biex qal dan, il-Ministru flimkien mal-Prim Ministru kellhom jieħdu ġemgħa nies magħhom, bil-ħaddiema jistaqsu fejn kienet qed tinżamm is-social distancing f’din ‘il-media stunt’ bla bżonn f’nofs din il-kriżi.
