Fid-9 ta’ Novembru 1996, l-attenzjoni tad-dinja tal-isport kienet fuq il-ġlieda boxing għat-titlu WBA kategorija heavyweight bejn Evander Holyfield u Mike Tyson. Fl-MGM Grand Garden Arena – Holyfield bi kredenzjali ta’ 23 knock-out mit-32 glieda fejn tilef biss tlieta u Tyson b’39 knock-out f’45 ġlieda li matulhom kien tilef biss darba.
Fil-ġlieda favorit 25 ma’ 1 Mike Tyson, kien qed jiddefendi t-titlu li kiseb meta f’Settembru tal-istess sena għeleb lil Bruce Seldon. Mill-ewwel rawnd Tyson mar fuq l-offensiva b’Holyfield ftit jingħata ċans jirritalja. Madankollu bejn it-tieni u s-sitt rawnd, Holyfield rażżan il-furja ta’ Tyson, daħal fil-ġlieda u b’sorpriża beda jiddomina.
Fis-sitt rawnd daqqiet ras imb ras b’Tyson ibati l-konsegwenzi u sekondi mit-tmiem spiċċa fuq it-tapit. Holyfield ikkontrolla u daħal aktar fil-ġlieda. Fl-għaxar rawnd iddomina u sammar lil Tyson li beda jbati. Fil-11-il rawnd wara 37 sekonda, ir-referee Mitch Halpern kien kostrett iwaqqaf il-ġlieda. Evander Holyfield iddikjarat rebbieħ fuq Mike Tyson b’technical Knock-Out.
//= $special ?>