Sensiela ta’ maltempati fl-Istati Uniti ġġeneraw numru ta’ tornadoes u inċidenzi ta’ għargħar f’diversi Stati tan-nofsinar u li swew il-ħajja ta’ mill-anqas sitt persuni.
It-tornadoes ħallew l-effetti devastanti fl-inħawi ta’ Louisiana, Texas u Mississippi, bl-awtoritajiet għall-emerġenza jikkonfermaw l-imwiet qalb iz-zoni ta’ dawn it-tliet Stati. Mhux eskluż li n-numru tal-vittmi jitla’ ladarba jsiru l-kalkuli finali mill-awtoritajiet ikkonċernati.
Fl-Istat ta’ Louisiana nqerdu diversi djar fil-belt ta’ Monroe, bis-servizzi metoroloġiċi jissu dwar maltempati ġodda bir-ragħad f’partijiet ta’ Mississippi, Alabama u Georgia. F’Mississippi kienu konfermati talanqas tliet imwiet f’Jefferson Davis County, b’imwiet oħra jkunu rappurtati fl-inħawi ta’ Lawrence u Walthall.
Filwaqt li l-Istati Uniti qed tħares miżuri ta’ lockdown b’kaġun tal-coronavirus, l-awtoritajiet Amerkani qegħdin iwissu lin-nies biex huma, anki f’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jibqgħux lura milli jfittxu refuġju mill-qilla tat-tornadoes.
L-awtoritajiet, f’din is-sitwazzjoni, qed iħeġġu biex in-nies fl-Istati taħt periklu mill-elementi jippjanaw -sistemi ta’ xelters fi djarhom stess inkella kollettivament flimkien ma’ qrabathom u l-ġirien.
//= $special ?>