Fl-aħħar 24 siegħa saru 1051 swab test fejn minnhom irriżultaw 9 każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna.
It-total ta’ persuni pożittivi għal din l-imxija tela’ għal dak ta’ 393.
Fost il-każi hemm raġel ta’ 30 sena li ħareġ pożittiv. Bħalissa l-awtoritajiet tas-Saħħa qed jagħmlu contact tracing tal-persuni li kellu kuntatt magħhom.
Tfajla Ingliża li tgħix u taħdem Malta li s-sintomi kienu jinkludu fost l-oħrajn uġigħ ta’ żaqq u dardir.
3 każijiet ta’ immigranti fiċ-Ċentru ta’ Ħal Far li bħalissa jinsabu fi kwarantina. Huma nstabu wara proċess ta’ testijiet li qed isiru fl-aħħar jiem f’dan il-villaġġ. Raġel ta’ 23 sena, ta’ 18-il sena u raġel ta’ 28 sena.
Irriżulta pożittiv anzjan Malti li ma kellux kuntatt ħlief għall-familja.
Mara Maltija oħra li fl-4 ta’ April bdiet bis-sogħla. Dan l-aħħar ma marritx xogħol minħabba li bdiet bis-sintomi.
Raġel ta’ 48 sena li fil-11 ta’ April beda bis-sintomi. Ħadem l-aħħar fid-9 ta’ April.
Indjana ta’ 34 sena. Hi taħdem carer f’dar tal-anzjani. Kien hemm sistema ta’ lockdown fid-dar tal-anzjani fejn ġara dan. Hija kienet se tidħol taħdem f’din id-dar, ġiet ittestjata u nstabet pożittiva. Din kienet għadha ma daħlitx għax-xogħol.
Il-Professur Charmaine Gauci saħqet li minkejja ż-żieda hija waħda żgħira, xorta waħda l-pubbliku jrid jibqa’ attent u kemm jista’ jkun ma joħroġx.
Aktar dettalji ‘l quddiem.
//= $special ?>