Wara aktar minn 40 sena topera f’pajjiżna, il-kumpanija fis-settur tal-ivjaġġar, Medavia (Mediterranean Aviation Co. Ltd.) se tagħlaq il-bibien tagħha f’dak li għandu x’jaqsam flight operations.
Dan ifisser li 20 impjegat se jispiċċaw mingħajr impjiet fosthom erba’ bdoti Maltin li jaħdmu mal-kumpanija. It-titjiriet se jieqfu min għada u apparti l-bdoti l-ekwipaġġ kollu ġie mkeċċi.
Medavia għandha storja li tmur lura għas-sena 1978. Il-Kumpanija bi flotta ta’ inġenji tal-ajru tagħha stess għamlet isimha fis-settur ta’ charters lejn u minn ajruporti remoti tal-industrija taż-żejt u tal-gass.
Minkejja dan, l-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni u immaniġġjar se jkomplu f’Medavia Technics.



