Il-vittmi madwar id-dinja għal Covid-19 tela’ għal aktar minn 120,000. Il-persuni infettati b’din l-imxija issa kważi laħqu ż-żewġ miljuni.
Fl-Istati Uniti biss hemm 582,594 każ u kien hemm hemm kważi 24,000 mewta.
Intant, il-kriżi tal-Coronavirus fl-Istati Uniti ħolqot kontroversja ġdida fil-White House, bil-President Donald Trump jinsisti li hu għandu poter assolut għaliex hu jmexxi l-pajjiż. Dan meta effettivament huma l-istati individwali li għandhom is-setgħa jordnaw it-tmiem ta’ lockdowns li hemm fis-seħħ.
Franza wkoll kollox qed jindika li din il-pandemija qed tħalli effetti negattivi kbar. Infatti l-lockdown ġie estiż għall-11 ta’ Mejju.
//= $special ?>