L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, l-MEA ħabbret numru ta’ miżuri biex tgħin lis-settur ta’ dawk li jimpjegaw lin-nies minħabba l-problemi li qegħdin jiffaċċaw riżultat tal-pandemija tal- COVID-19.
L-Assoċjazzjoni ħabbret li nediet manwal komprensiv għal min iħaddem u dan jinkludi gwida dwar kwsitjonijiet relatati ma’ xogħol relatat mal-pandemija u kull informazzjoni sħiħa fuq l-iskemi kollha disponibbli fuq dak kollu relevanti.
Il-manwal għandu wkoll numru ta’ kapitli fuq aspetti varji tal-COVID-19 u x-xogħol flimkien ma’ links ta’ użu u dak kollu mħabbar mill-entittajiet tal-Gvern.
Il-manwal huwa wkoll għodda interattiva, li se jibqa’ jiġi aġġornat kontinwament b’informazzjoni ġdida u żviluppi kontinwi. Aktar minn hekk, l-Assoċjazzjoni nnotifkat lill-membri tagħha li l-miżati għas-sena 2020 se titnaqqas b’50%.
Doris Sammut Bonnici, l-President tal-MEA qalet: ‘Nemmnu li f’dan il-perjodu hemm il-ħtieġa li nagħmlu ġest ta’ solidarjetà, u li l-uġiegħ għandu jinqasam bejn kulħadd. Hemm katina ta’ reazzjonijiet li estendiet minn negozji li ġew affettwati mill-bidu sa minn meta bdiet il-pandemija, għal oħrajn li wkoll bdew iħossu l-effetti.
‘Id-domanda minn naħa tal-konsumatur ukoll ġiet affettwata minħabba li naqqset l-attività flimkien mal-fatt li s-saħħa tad-dħul finanzjarja qed timpatta aktar ħaddiema u familja. Dan l-effett ta’ din il-kriżi qed jikber u huwa fond u wiesgħa. Għaldaqstant dan huwa l-waqt li jsir dan il-ġest ta’ appoġġ lil min iħaddem.’
Hija kompliet tgħid, ‘li bħala soċjetà, irridu naħdmu flimkien f’dawn iż-żminijiet ta’ terribbli biex meta nerġgħu naraw id-dawl, nispiċċaw inleqqu aktar minn qatt qabel’.
//= $special ?>