Coronavirus Lokali

Effetti kbar fuq is-settur tal-gaming

Industrija f’pajjiżna li kibret u żviluppat ħafna fl-aħħar snin hi dik tal-gaming, industrija li l-Partit Nazzjonalista jgħożż, ghaliex Partit Nazzjonalista fil-Gvern kien fuq quddiem nett biex ġab f’pajjiżna numru ta’ kumpanijji f’dan is-settur biex inħolqu opportunitajiet kbar ta’ impjiegi għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.

Il-Partit Nazzjonalista għadu jemmen f’dan il-qasam, u jrid jara li dan is-settur jibqa’ f’pajjiżna anke wara l-imxija tal-COVID-19.

Filfatt fl-aħħar sigħat, il-Kap tal-PN Adrian Delia flimkien mal-Viċi Kap David Agius, l-Membru Parlamentari Ewropew Roberta Metsola u l-Kelliem għall-Soċjetà Diġitali Ivan Bartolo kellhom laqgħa permezz ta’ Skype ma’ kumpaniji differenti li joperaw f’Malta fis-settur tal-gaming.

Waqt din il-laqgħa kienet diskussa s-sitwazzjoni preżenti ta’ dawn il-kumpanijji kif ukoll il-futur tagħhom appena tgħaddi l-pandemija tal-coronavirus.

Fiha ħadu sehem Aspire Global, Betsson Group, Gaming Innovation Group, Kindred, Catena Media, Mr. Green, Leo Vegas, River iGaming, Casumo, Raketech, Bethard Group, Video Slots, Comeon, Tipico, Betway, NetEnt, Genesis, SuprNation, Trustly, Microgaming, GVO Holdings u Hero Gaming.

Bejnithom dawn il-kumpaniji jokkupaw madwar 70% tas-settur tal-gaming f’pajjiżna u jħaddma madwar 5,000 persuna.

Din kienet wahda minn diversi konferenzi online li qed jorganizza l-PN, b’Adrian Delia jisma direttament it-thassib li ghandhom dawn il-haddiema u l-intraprizi involuti f’dan is-settur.