Il-liġi tagħti struzzjonijiet biex ma jintużax apparat ta’ skavar mekkaniku b’martell miegħu jew drill pnewmatiku qabel it-8.00am u bejn is-2:00pm u l- 4:00pm jew wara t- 8:00pm kif ukoll il-ġurnata kollha fil-Ħdud u l-Festi Pubbliċi.
Dan ħareġ fi stqarrija għall-istampa mill-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar li tenna li eżenzjonijiet huma permessibbli u restrizzjonijiet oħra jistgħu jiġu mponuti dejjem fid-diskrezzjoni tal-Building Construction Agency.
L-ebda xogħol ieħor ta’ kostruzzjoni ma jista’ jsir qabel is-7:00am, jew wara t-8:00pm jew fil-Ħdud u l-Festi Pubbliċi. Dawn ir-restrizzjonijiet isegwu l-Avviżi Legali li nħarġu numru ta’ snin ilu.
//= $special ?>