22 ta’ Ġunju 1986. Fażi finali tat-Tazza tad-Dinja fil-Messiku.
Il-partita mill-kwarti tal-finali bejn l-Arġentina u l-Ingilterra – erba’ snin wara l-gwerra tal-Falklands b’tensjoni li minn dejjem kienet evidenti f’konfront bejn dawn iż-żewġ pajjiżi. Partita li baqgħet magħrufa għal żewġ fatturi importanti. It-tnejn bi Diego Armando Maradona bħala protagonista.
0 – 0 sa tmiem l-ewwel taqsima. Fil-51 minuta wara żball fid-difiża Ingliża, Maradona għola bid-differenza li b’idu laħaq qabel Shilton u xeħet fix-xibka. B’sorpriża r-referee mit-Tuneżija Ali Bin Nasser ikkonvalida l-gowl meta deher li Maradona skorja b’idu. Bir-raġun il-gowl baqa’ magħruf bħala l-gowl skurjat ‘b’id ta’ Alla.’
Jekk dan il-gowl ħoloq kontroversja, ħames minuti wara, Maradona sikket lill-kritiċi biex skorja dak li hu meqjus minn ħafna bħala l-‘Isbaħ Gowl fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja’. Minn sittin metru bogħod mil-lasta, f’għaxar sekondi dar ma’ ħames plejers Ingliżi Hodge, Beardsley, Reid, Butcher, Fenwick u saħansitra lill-gowlkiper Shilton, biex għamel l-iskor 2-0 b’xutt fil-baxx. Bil-partita deċiża, reazzjoni mill-Ingilterra li fit-80 minuta minn azzjoni ta’ John Barnes, kien Gary Lineker li għeleb lil Pumpido u naqqas l-iskor ghar-riżultat finali : Arġentina 2 Ingilterra 1.
//= $special ?>