Madwar 250 tifel u tifla madwar Malta u Għawdex, se jingħatalhom aċċess għall-internet b’xejn kif ukoll self ta’ laptop jew kompjuter biex dawn ikunu jistgħu jkomplu bl-edukazzjoni tagħhom minn ġewwa darhom.
Minħabba s-sitwazzjoni li qed ngħixu fiha kawża tal-COVID-19, dawn it-tfal se jkollhom l-oportunità biex bħal tfal oħra, jkunu jistgħu jkompli jitgħallmu mid-dar tagħhom stess.
Hekk kif bħalissa huwa żmien ta’ solidarjetà hemm bżonn li wieħed jinsa d-differenzi ta’ bejnietna u niġbdu ħabel wieħed. Għalhekk qed isir appell lil dawk il-kumpaniji u negozji li jixtiequ jagħtu kompjuters jew laptops lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni biex ikunu jistgħu jiġu mislufa lil dawn it-tfal.
Dan is-servizz ta’ internet b’xejn se jkun fuq kuntratt ta’ sena, filwaqt li l-laptops u l-kompjuters jerġgħu jingħataw lura meta jgħaddi dan il-perjodu li qed ngħixu fih bħalissa.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici qal li se joffri paga ta’ xahar mis-salarju tiegħu lilll-istess Ministeru biex tintuża għal din l-iskema.
Din l-għajnuna se tingħata lil dawk it-tfal li jaqgħu taħt Skema 9, li attwalment jirċievu wkoll ikel b’xejn kuljum bhala lunch. Skema li ġiet estiża wkoll lil għadd ta studenti fil-bżonn li jattendu l-iskejjel tal-knisja.
//= $special ?>