Lokali

Żagħżugħ mhedded b’sikkina u misruq wara li wassal l-ikel

Arkivji
Serqa oħra fuq delivery man

Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’serqa fuq żagħżugħ ta’ 28 sena mill-Pakistan waqt li kien qiegħed fuq xogħol.

Permezz ta’ stqarrija l-pulizija qalu li kienu għall-ħabta tas-siegħa u kwart ta’ filgħodu, x’ħin ir-raġel daħal fl-Għassa ta’ San Ġiljan jirrapporta li kien għadu kif ġie misruq fi Triq it-Tfief, San Ġwann.

Huwa stqarr li kif kien se jsuq il-mutur biex jitlaq minn fuq il-post wara li wassal ordni li kellu tal-ikel f’residenza privata, waqfu quddiemu żewġt irġiel u b’konsegwenza t’hekk waqa’ minn fuq il-mutur. F’dan il-mument, allegatament, iż-żewġ ħallelin ħarġu arma li taqta’ u bil-ponta u talbuh il-flus li kellu fuqu.

Hekk kif ħadu l-flus, il-ħallelin minnufih ħarbu minn fuq il-post bil-flus kontanti.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.