Formula 1 Sport

19-IL SENA ILU: Ralf Schumacher jikseb l-ewwel rebħa fil-Formula 1

(Ritratt: EPA)

15 TA’ APRIL 2001

Dsatax-il sena ilu, is-sewwieq Ralf Schumacher rebaħ l-ewwel Grand Prix fil-karriera tiegħu. Din il-Grand Prix kienet is-70 waħda ta’ Ralf Schumacher u qabel din ir-rebħa, l-aħjar riżultat tiegħu kien it-tieni post wara ħuh fil-Grand Prix tal-Italja.

Fiċ-ċirkwit ta’ Imola f’San Marino, il-Ġermaniż qabeż il-linja finali madwar erba’ sekondi quddiem David Coulthard ta’ McLaren. Din kienet l-ewwel rebħa ta’ Williams minn Settembru tal-1997 u b’hekk waqqfu d-dominju ta’ Ferrari u McLaren li kienu rebħu 22 tellieqa konsekuttiva bejniethom. Għal Williams din kienet il-104 rebħa kemm ilhom jikkompetu fil-Formula 1.

Dakinhar, ħu l-eks sewwieq Michael Schumacher, kien fuq quddiem tal-Grand Prix sa mill-bidu. Hu beda t-tellieqa fit-tieni filliera wara l-koppja ta’ McLaren magħmula minn David Coulthard u Mika Hakkinen. Mat-tluq, Schumacher mar kważi fuq il-ħaxix biex qabeż lil Coulthard u mar fuq quddiem. Wara l-ewwel dawra kellu vantaġġ ta’ sekonda, liema vantaġġ żammu tul it-62 dawra.