15 TA’ APRIL 1989
Wieħed u tletin sena ilu seħħet traġedja fil-futbol Ingliż li għadha sal-lum tispikka fl-imħuħ ta’ dawk involuti speċjalment fil-futbol Ingliż. Dakinhar fil-grawnd ta’ Hillsborough f’Sheffield, 96 spettatur mietu u aktar minn 700 persuna oħra sfaw imweġġa’. Il-grawnd kien jesa madwar 55,000 spettatur u f’parti tal-grawnd kien hemm bosta spettaturi aktar milli felaħ l-istadium. Il-partitarji tal-partita bejn Nottingham Forest u Liverpool kienu allokati f’partijiet differenti tal-grawnd u ma kellhomx x’jaqsmu mal-inċident gravi.
Il-logħba mis-semifinali tal-FA Cup kienet ilha li bdiet seba’ minuti. Il-parti fejn kien hemm il-partitarji ta’ Liverpool kienet ippakkjata b’diversi partitarji oħra jimbuttaw barra l-grawnd biex jidħlu. Jidher li diversi partitarji ta’ Liverpool irnexxielhom jidħlu bil-biljett li aktarx kien iffalsifikat. L-inċident seħħ meta b’konsegwenza tar-rassa fil-folla, dawk li kienu quddiem sfaw xkanati mal-fencing li kien hemm mal-grawnd stess wara l-lasta. Uħud mill-ispettaturi rnexxielhom jeħilsu bi ġrieħi gravi u oħrajn anqas gravi, b’tal-aħħar jirnexxilhom jinżlu fil-pitch, bl-għajnuna tal-pulizija u partitarji oħra.
Din it-traġedja seħħet ħamest ijiem wara li l-UEFA ħabbret li l-klabbs Ingliżi setgħu jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet Ewropej fl-istaġun 1990/91. Huma kienu sospiżi wara t-traġedja ta’ Heysel li fiha mietu 39 partitarju Taljan. It-traġedja ta’ Hillsborough ma kelliex x’taqsam ma’ atti vjolenti kemm barra kif ukoll fil-grawnd. Minħabba l-inċident, il-logħba bejn Nottingham Forest u Liverpool ġiet abbandunata. Minn dakinhar kull sena, il-partitarji ta’ Liverpool isellmu d-96 persuna li mietu
//= $special ?>