Raġel ta’ 32 sena minn San Ġiljan qed isofri minn feriti serji wara li ntlaqat minn vettura fi Triq Reġjonali fl-Imsida.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.40pm wara li l-vann li kien qed isuq il-vittma waqaf minħabba xi problemi mekkaniċi.
Iżda meta niżel jiċċekja, hu ntlaqat mill-vettura, tat-tip Volkswagen, misjuqa minn Sirjan ta’ 23 sena minn San Pawl il-Baħar, li ġiet minn wara u ħabtet fil-vann tal-vittma.
Minbarra tim mediku, fil-post issejħu wkoll il-Pulizija, bil-vittma ingħata l-ewwel għajnuna u aktar tard, ittieħed l-Isptar Mater Dei. Hemm, hu kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-għassa Natasha Galea Sciberras, filwaqt li l-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.
//= $special ?>