Ewropa Lokali Unjoni Ewropea

“Għandhom jintbagħtu lura minnufih persuni li ma ħaqqhomx ażil, u l-kumplament jitqassmu f’pajjiżi Ewropej” – Adrian Delia

Appoġġ mill-Kummissarju għall-immigrazzjoni dwar il-proposta ta' Adrian Delia biex verament jinqasam il-piż

F’laqgħa li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia talab, b’mod urġenti, mal-Kummissarju Ewropew għall-Immigrazzjoni, Ylva Johansson, insista li għandhom jintbagħtu lura minnufih persuni li ma ħaqqhomx ażil. Il-kumplament jitqassmu f’pajjiżi Ewropej. Il-Kummissarju Ewropew ghall-immigrazzjoni, Ylva Johansson, qablet ma’ din il-pożizzjoni.

Dwar it-tqassim ta’ persuni eliġibbli għall-ażil, Johansson ikkommettiet ruħha li se tinsisti, fuq livell Ewropew, sabiex jiġi stabbilit dan il-proċess b’mod immedjat.

Adrian Delia saħaq mal-Kummissarju Ewropew li ċ-ċentri ta’ detenzjoni jinsabu ffullati u r-riżorsi ta’ pajjiżna taħt pressjoni kbira. Malta ma tistax tibqa’ titgħabba b’piż akbar minn dak li qed inġorru. Qal li jekk dan l-impenn, espress illum mill-Kummissarju Ewropew , jitwettaq bis-serjeta’ jkun ifisser li jonqos bil-kbir il-piż fuq pajjiżna hekk kif

Adrian Delia spjega kif din il-ġimgħa kiteb lill-President tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) Donald Tusk biex is-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni irregolari titpoġġa fl-aġenda tad-diskussjoni tas-summit urġenti li Dr Delia kien talab li jsir b’video conference fil-korrispondenza ma’ Donald Tusk tat-2 ta’ April li għadda.  Qal li ftit li xejn qed naraw impenn mill-kumplament tal-pajjiżi Ewropej biex il-piż jinqasam b’mod xieraq.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal kif  fid-dawl tal-kuntest tal-ħidma Ewropea preżenti bl-imxija tal-COVID 19 u l-pressjoni li l-immigrazzjoni irregolari se tpoġġi fuq il-pajjiżi Ewropej b’mod speċjali fuq Malta, din is-sitwazzjoni li tista’ tiddeġenera fi kriżi umanitarja. Ħadd ma jixtieq li niġu f’dan l-istat.

Spjega kif il-Partit Nazzjonalista dejjem poġġa l-ħajja tan-nies l-ewwel u li qatt mhu se jipperemetti persuni jitilfu ħajjithom fil-Mediterran. Iżda wara li dawn il-persuni jiġu salvati minn ħalq il-mewt, jeħtieġ li jidħol immeddjatament mekkanizmu ta’ ripatriazzjoni u tqasssim ta’ persuni salvati fost pajjiżi l-oħra tal-UE.

Matul il-laqgħa tal-lum saret ukoll diskussjoni dwar il-ħames punti prinċipali dwar l-immigrazzjoni, li Adrian Delia kien ressaq lill-President tal-PPE Joseph Daul f’ittra s-sajf li għadda.

Dawn il-ħames punti jiffokaw fuq it-tqassim tar-responsabbilitajiet bejn il-pajjiżi membri, li jiġu indirizzati fatturi esteri u għajnuniet biex jinbnew l-ekonomiji tal-pajjiżi tal-oriġini, li jkun hemm sistema ġusta u effettiva tar-ritorn tal-persuni li ma jingħatalhomx l-ażil, li ssir leġislazzjoni Ewropea tat-tqassim tar-responsabbilitajiet u mhux aktar ftehimiet ad hoc u li jingħata sapport lill-NGOs ġenwini u tissaħħaħ il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin. 

Adrian Delia qal li Malta, ma tistax tibqa’ waħedha quddiem din l-isfida tal-immigrazzjoni irregolari u ma tistax titħalla ġġorr dan il-piż waħedha. Spjega kif ir-rizorsi ta’ pajjizna huma taht pressjoni kbira, bic-centri tad-detenzjoni ffullati u issa bl-isfida kbira tal-imxija tal-Covid-19.

Irrefera għal rapporti li jgħidu li aktar minn tmenin elf persuna lesti biex jaqsmu l-Mediterran. Qal li dan qed joħloq inkwiet fost il-Maltin u kif in-nuqqas ta’ azzjoni effettiva mill-UE tista’ twassal għal kriżi umanitarja kbira. Adrian Delia saħaq li jeħtieġ ġlieda bla ħniena kontra t-traffikar tan-nies, .

Din il-laqgħa kienet faċilitata minn Robert Metsola, Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew.

.