Lokali

Ġrieħi gravi wara ‘hit and run’

Żagħżugħ Portugiz, residenti l-Imsida, kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’każ ta’ ‘hit and run’ bil-mutur.

Il-każ seħħ fis-6.15 tal-Erbgħa filgħodu fi Triq Tul il-Kosta fin-Naxxar, biswit ir-roundabout tas-Salini. Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-mutur, tat-tip Husovarna SM610, misjuqn mill-vittma ta’ 25 sena, ntlaqat minn vettura li skont il-barrani telqet minn fuq il-post tal-inċident.

Fuq il-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi. Intant, il-Pulizija għaddejja bi tfittxija tal-vettura involuta fil-ħabta.