Ambjent Lokali

Kontra d-deċiżjoni li l-Gvern jieħu mas-70 tomna ta’ raba’ fil-Magħtab

Edwin Vassallo, kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Tisħiħ tal-Agrikoltura u s-Sajd, Delizzji, Self Employed u l-Koperattivi saħaq li wara li tkellem mal-bdiewa li jieħdu ħsieb r-raba’ li jmiss mal-impjant tal-Wasteserv fil-Magħtab, wera d-diżapprovazzjoni għad-deċiżjoni tal-Gvern li issa qed jgħid li jrid jieħu mat-80 tomna ta’ raba’ fl-istess inħawi tal-Magħtab.

Huwa sostna li l-bdiewa li tkellem magħhom qed juru n-nuqqas ta’ qbil fid-deċiżjoni tal-Gvern.

Edwin Vassallo sostna li l-bdiewa qed jitolbu li bħalma l-Gvern ħa deċiżjoni li jieħu inqas raba’ milli oriġinarjament kien se jieħu, l-bdiewa qed jitolbu li l-Gvern jerġa’ lura minn din id-deċiżjoni li jieħu 80 tomna ta’ raba’ dak li qed  jaħseb li jagħmel,  jara li jagħmlu fuq l-art li diġà tokkupa l-Wasteserv fil-Magħtab.

Huwa qal li għaldaqstant il-fehma tal-Partit Nazzjonalista li l-Gvern ma jmissx din r-raba’ u għalhekk il-PN qed jinsisti mal-Gvern biex jirrevedi l-aħħar deċiżjoni li ħa u juri li mhux se jieħu raba’ ghax b’dak li jrid jagħmel se joħloq impatt negattiv fuq ir-residenti li joqogħodu fil-Magħtab u fl-inħawi.

Il-Partit Nazzjonalista jibqa’ jwiegħed li għalih bħala Oppożizzjoni se jibqa’ jaghmel kulma jista’ biex jara li r-raba’ ma jintmessx.