23 ta’ Lulju 1996. Olimpijadi ta’ Atlanta. Ritorn tal-Istati Uniti fiċ-ċirku tal-Olimpjadi wara l-edizzjoni tal-1984 f’Los Angeles. Finali tal-ġinnastika bl-attenzjoni fuq il-ġinnasti tal-Istati Uniti u wisq aktar fuq Kerri Strug.
Fl-ewwel tentattiv tagħha deher mill-ewwel li niżlet ħażin bir-riżultat li lwiet sew l-għaksa. F’dak il-mument kulħadd ħaseb li l-Olimpjadi ntemmu ħesrem għal Strug. Madankollu Strug iddeċidiet li kif kienet izzappap tmur wkoll għat-tieni prova.
Għamlet il-ġirja fuq is-sieq it-tajba, marret fuq il-vault b’riġlejha t-tnejn, daret tajjeb u niżlet fuq riġlejha t-tnejn b’mod perfett. Daret lejn il-ġurija b’idejha mgħollija sodisfatta bil-wirja. Deher ċar iżda li kienet imweġġa’ sew.
Sekondi wara li kellha tinġarr, ħareg il-vot tal-ġurija. 9.712 punti li kien altru milli biżżejjed biex l-Istati Uniti tirbaħ il-midalja tad-deheb. Id-dehra ta’ Kerri Strug tinġarr f’idejn il-kowċ tagħha tibqa’ simbolu uniku ta’ kemm l-isport jista’ jkun kattiv iżda fl-istess waqt joffri l-emozzjoni u s-suċċess.
//= $special ?>