Coronavirus Lokali

Persuni li m’għandhomx x’jieklu żdiedu bi 300 familja – talba għall-għajnuna mill-Foodbank

Numru ta’ familja li jiddeppendu minn ikel mogħti ġenerożiment mill-Foodbank żdied bi kważi 300 familja. Għalhekk hemm bżonn ta’ għajnuna peress li l-pandemija tal-Covid-19 qed iżżid din il-problema.

Jane Mizzi, voluntiera u membru tal-Bord tal-Foodbank Lifeline Foundation ħabbret dan u appellat biex il-pubblika inġenerali jgħin kemm jista’. Hekk kif il-coronavirus qed tippersisti aktar familji u ndividwi qegħdin jaqgħu fil-faqar reali, u hemm minnhom li qegħdin isibuha diffiċli biex jipprovdu ikel fuq il-mejda għall-maħbubin tagħhom.

Il-Foodbank Lifeline Foundation qed tara żieda fil-familji vulnerabbli li jiddeppendi minn ‘food packs’ provduti mill-Foodbank kull ġimgħa. Jane Mizzi qalet li n-numru żdied minn 130 familja fil-ġimgħa għal għajnuna qabel il-pandemija għal kważi 300 familja.

Hija qalet li din iċ-ċifra mistennija tiżdied fil-ġimgħat li ġejjin. Qabel il-COVID-19 il-Foodbank Lifeline kien qed jopera miċ-ċentri tal-Belt, B’Kara, Qawra u Raħal Ġdid.

Il-familji referuti għall-Foodbank Lifeline minn entitajiet varji jinkludu The Malta Trust Foundation, Apoġġ, Leap, JRS, St Jean Antide, Millennium Chapel, d-Dipartiment tal-Onkoloġija u Djakonija Marsascala.

Biex jiġu protetti madwar 30 voluntier u familji vulnerabbli li jiddeppendu mill-Foodbank Lifeline, iċ-Ċentri ta’ distribuzzjoni ngħalqu u issa t-tqassim qed isir minn maħżen entralliżżat f’Ħal-Qormi.

Pakketti bl-ikel jiġu preparati minn volunitiera f’dan iċ-ċentru u mqassam lill-familji vulnerabbli mill-kumpanija Bolt, li qed tipprovdi s-servizzi tagħha bla ħlas flimkien mas-St. John’s Rescue Corp.

Il-‘Maltin Flimkien’ qiegħda tikkoranġixxi din l-inizzjattiva għall-pubbliku nġenerali biex jagħtu donazzjoni lill-Foodbank Lifeline Foundation. Biex jiġu mgħejjuna dawn il-familji l-Inspirasia Foundation, wegħdiet li tagħti donazzjonijiet li jagħtu l-pubbliku sas-somma ta’ €5,000.

Donazzjonijiet jistgħu jsiru lill-Foodbank Lifeline Foundation https://www.foodbanklifeline.com/donate billi: (a) jintbagħat SMS fuq wieħed minn dawn in-numri – 5061 8938 għal donazzjoni ta’ €6.99, 5061 7912 għal donazzjoni ta’ €4.66 jew 5061 7386 għal donazzjoni ta’ €2.33; jew (b) Bank transfer lill-Foodbank Lifeline Foundation account fil-Lombard Bank, IBAN MT28 LBMA 0500 0000 0000 0118 0115 687; jew (c) permezz ta’ ċekk pagabbli lill-Foodbank Lifeline Foundation, u mpustat fl-indirizz 210 Old Bakery Street, Valletta.

Fuq Malta Together Malta Together li hija oraniżazzjoni li ma tagħmilx profitt wieħed jista’ jmur fuq https://www.maltatogether.com/).