Lokali Mużika

“Wara s-silenzju tasal il-mużika” – MPO

Where the Streets have No Name – din hija l-aħħar produzzjoni mużikali tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta b’arranġament ta’ Aurelio Belli, b’vidjo mużikali fl-isfond tal-isbuħija tal-Belt Valletta fil-jiem tal-pandemija.

Din il-cover tal-band U2 hija kollaborazzjoni oħra bejn l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u l-Valletta Cultural Agency, bis-sostenn tal-Bank of Valletta – għal għaqda meqjusa bħala waħda ta’ katalist għal pożittivita fil-pajjiż.

Kelliema għall-orkestra spjegaw li dan il-proġett mhux biss kellu l-għan li jispira lill-persuni permezz tal-mużika issa jqajjem kuxejnza dwar il-kultura li għandna madwarna. Kif ukoll sabiex jitwassal messaġġ ta’ tama sempliċiment bil-kanzunetta tal-band Irlandiża U2 l-għaliex wara s-silenzju jtarrax tasal il-mużika mimlija espressjoni u pożittivita.