Edukazzjoni Lokali

Żieda fl-assenteiżmu fl-iskejjel bl-aħħar ċifri juru żieda ta’ 4.3%

Studenti li jiskartaw mill-iskola żdiedu b’4.3% u dan skont l-aħħar ċifri miġbura mill-awtoritajiet. Ħareġ li fis-sena skolastika 2017/2018, l-istudenti ras għal ras fallew kważi 12-il ġurnata skola.

Ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar l-assenteiżmu juru li l-istudenti tilfu kważi 555,000 ġranet ta’ skola. Miċ-ċifri ġie nnutat ukoll li l-assenteiżmu żdiedu b’4.3% dan meta mqabbel mas-sena skolastika ta’ qabel.

Kważi f’62% tal-ġranet mitlufa, l-istudenti kienu awtorizzati biex ma jmorrux l-iskola. Miċ-ċifri provduti mill-awtoritajiet tal-edukazzjoni joħroġ li s-subien ifallu aktar mill-istudenti bniet. L-Istatistika turi wkoll li l-assenteiżmu fl-iskejjel tal-Gvern u fl-iskejjel Indipendenti żdiedet filwaqt li naqset fl-iskejjel tal-Knisja.

L-istatistika turi wkoll varjazzjoni sostanzjali fl-istudenti minn distretti differenti li jfallu l-iskola bl-ogħla rata hija tal-istudenti tan-naħa t’isfel statistikament magħrufa bhala s-Southern Harbour district.