Coronavirus Lokali

Covid-19: 13-il każ ġdid, it-total jitla’ għal 412

Fost il-każijiet hemm anzjana li għandha 96 sena.

Fl-aħħar 24 siegħa saru 1,022 swab test fejn minnhom irriżultaw 13-il każ ieħor ta’ Covid-19 f’Malta.

It-total issa tela’ għal dal ta’ 412.

Il-Professur Charmaine Gauci kkonfermat li 38 persuna oħra fiequ mill-Covid-19.

Il-każijiet huma dawn:

  • Mara Maltija 59 sintomi ta’ sogħla u anki deni, u l-kuntatt tagħha kien biss ma’ persuna li jgħix magħha.
  • Ingliż li jgħix Malta, li ddaħħal l-isptar għal kundizzjoni oħra, iżda rriżulta li għandu l-Covid-19.
  • Anzjana 96 sena li daħlet l-isptar bi qtugħ ta’ nifs u minn test li sarilha nstabet li hi pożittiva.
  • Żagħżugħ ta’ 28 sena li huwa mis-Sri Lanka. Huwa kien f’kuntatt ma’ każ ieħor li kien hemm qabel.
  • Żagħżugħa Maltija ta’ 22 sena, healthcare worker li taħdem f’San Vinċenz de Paule. Din kienet fi kwarantina għax kellha kuntatt ma’ healthcare worker pożittiva.
  • Mara Maltija ta’ 46 sena. Din kienet qed tagħmel deliveries fid-djar.

    Hawnhekk Prof. Gauci appellat li meta jkun hemm xirjiet li jiġu mwassla fid-djar, dawn jitħallew għal xi żmien mingħajr ma jintmissu. L-awtoritajiet qed jaraw ma’ min seta’ kellha kuntatt ma’ din il-mara.
  • Raġel Malti ta’ 44 sena li beda b’diarrhea u konġestjoni fl-imnieħer. Hu kien għadu jmur ix-xogħol. Tpoġġew fi kwarantina żewġ persuni minn fuq ix-xogħol u qraba.
  • Raġel minn New Guinnea ta’ 38 sena. Hu ħadem l-aħħar fil-15 ta’ April, u qed isir contact tracing tal-persuni li kellhom kuntatt miegħu.
  • Anzjan Malti ta’ 60 sena li ħarġulu s-sintomi fit-13 ta’ April.
  • Erba’ każijiet huma immigranti li kienu qed jinżammu fi kwarantina fiċ-Ċentru l-Miftuħ ta’ Ħal Far.

Is-Supridentent tas-Saħħa Pubblika tat ukoll ħarsa lejn grafika dwar din l-imxija f’pajjiżna.

Hija fost l-oħrajn għamlet referenza wkoll għall-ġeneru. Kollox qed jindika li huma l-irġiel li l-aktar qed jinstabu pożittivi għall-Covid-19. L-etajiet l-aktar komuni ta’ persuni li nstabu pożittivi għall-Covid-19 f’Malta huma dawk ta’ bejn it-30 u l-34 sena.

Prof. Gauci indikat li l-maġġoranza ta’ dawk li ġew pożittivi li għandhom il-Covid-19 joqogħdu fl-inħawi tal-Port il-Kbir.