16 TA’ APRIL 2007
Tlettax-il sena ilu mietet Maria Lenk fl-età ta’ 92 sena wara li ħassha ħażin waqt li kienet qed tgħum. Hi nħarġet mill-pixxina tal-klabb ta’ Flamengo bi problemi fin-nifs u mietet b’attakk ta’ qalb ftit wara li ddaħħlet l-isptar.
Lenk hi l-ewwel mara Brażiljana li ħadet sehem fl-Olimpjadi. Hi pparteċipat fl-Olimpjadi tal-1932 meta kien għad kellha 17-il sena fejn għamet fil-100 metru freestyle, fil-100 metru backstroke u l-200 metru breaststroke li fiha waslet sas-semifinali. Lenk ħadet sehem ukoll fl-Olimpjadi ta’ Berlin fl-1936.
Imwielda f’Sao Paulo, Lenk kienet tgħallmet tgħum fix-xmara Tiete, xmara li llum hi diffiċli minħabba l-livell għoli ta’ tniġġiż f’din ix-xmara. Hi baqgħet tgħum regolarment sakemm mietet u anke kienet tieħu sehem f’kompetizzjonijiet tal-masters.
//= $special ?>