38 pazjent ieħor fiequ mill-COVID-19 f’pajjiżna.
Dan ifisser li issa b’kolloq 82 pazjent irkupraw minn dan il-virus.
Mill-aħħar bulettin mediku f’Malta u Għawdex s’issa kienu kkonfermati 399 każ ta’ Coronavirus – 6 fl-aħħar 24 siegħa – 3 persuni tilfu ħajjithom.
Dan huwa l-akbar numru ta’ nies li fiequ f’ġurnata waħda minn meta l-imxija tal-Coronavirus bdiet f’Malta x-xahar li għadda.
Dawn il-persuni li fiequ issa se jqattgħu ġimgħatejn f’iżolament.
//= $special ?>

